14 Imbagħad Ġeħova qalli: “Gideb qed jipprofetizzaw f’ismi l-profeti.+ Mhux jien bgħatthom, u la kkmandajthom u lanqas kellimthom.+ Viżjoni falza, teħbir, kliem bla siwi,+ u l-ingann taʼ qalbhom qed jipprofetizzawlkom.+
15 U l-profeta Ġeremija qal lill-profeta Ħananija:+ “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ħananija! Ġeħova ma bagħtekx, imma int ġegħelt lil dan il-poplu jafda f’gidba.+
8 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel: “Tħallux lill-profeti li għandkom fostkom u lil dawk li jeħbru jqarrqu bikom,+ u tagħtux widen għall-ħolm tagħhom li qed joħolmu.+
6 “Kellhom viżjonijiet taʼ dak li m’huwiex veru u teħbir giddieb,+ dawk li qed jgħidu, ‘Il-kelma taʼ Ġeħova hija,’ meta ma kienx Ġeħova li bagħathom, u stennew biex titwettqilhom kelma.+