Ġeremija
28 U ġara f’dik is-sena, fil-bidu tas-saltna taʼ Sedekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, fir-rabaʼ sena, fil-ħames xahar, li Ħananija+ bin Għażżur, il-profeta minn Gibegħon,+ qalli fid-dar taʼ Ġeħova quddiem il-qassisin u l-poplu kollu: 2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, ‘Se nkisser il-madmad tas-sultan taʼ Babilonja.+ 3 Minn hawn u sentejn oħra nġib lura f’dan il-post l-għodod kollha tad-dar taʼ Ġeħova li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja,+ ġarr minn hawnhekk biex jiħodhom Babilonja.’” 4 “‘U lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, u lill-eżiljati kollha taʼ Ġuda li marru Babilonja+ se nġibhom lura f’dan il-post,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘għax se nkisser il-madmad+ tas-sultan taʼ Babilonja.’”
5 U l-profeta Ġeremija qal lill-profeta Ħananija quddiem il-qassisin u l-poplu kollu li kienu qegħdin fid-dar taʼ Ġeħova;+ 6 iva, il-profeta Ġeremija qal: “Amen!+ Jalla jagħmel hekk Ġeħova! Jalla Ġeħova jwettaq il-kliem li int ipprofetizzajt billi jġib lura f’dan il-post l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova u lill-eżiljati kollha minn Babilonja!+ 7 Iżda, ismaʼ, jekk jogħġbok, din il-kelma li se nsemmaʼ f’widnejk u f’widnejn il-poplu kollu.+ 8 Il-profeti li ġew qabli u qablek żmien twil ilu,+ ukoll kienu jipprofetizzaw dwar gwerer, ħsara, u pesta għal ħafna pajjiżi u saltniet kbar.+ 9 Meta sseħħ il-kelma tal-profeta mbagħad se jintgħaraf liema profeta kien tassew mibgħut minn Ġeħova,+ jekk hux il-profeta li qed jipprofetizza dwar il-paċi.”+
10 Għal dan, il-profeta Ħananija neħħa l-istanga tal-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija u kissirha.+ 11 Imbagħad Ħananija+ qal quddiem il-poplu kollu: “Dan qal Ġeħova,+ ‘Minn hawn u sentejn oħra hekk se nkisser il-madmad taʼ Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, minn fuq għonq il-ġnus kollha.’”+ U l-profeta Ġeremija telaq għal triqtu.+
12 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija,+ wara li l-profeta Ħananija kien kisser l-istanga tal-madmad minn fuq għonq il-profeta Ġeremija, tgħid: 13 “Mur, u għid lil Ħananija, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int kissirt l-istaneg tal-madmad+ taʼ l-injam, u minflokhom ikollok tagħmel staneg tal-madmad tal-ħadid.”+ 14 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel: “Madmad tal-ħadid inqiegħed fuq għonq dawn il-ġnus kollha, sabiex jaqdu lil Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja;+ u huma jkollhom jaqduh.+ Sal-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ nagħtih.”’”+
15 U l-profeta Ġeremija qal lill-profeta Ħananija:+ “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ħananija! Ġeħova ma bagħtekx, imma int ġegħelt lil dan il-poplu jafda f’gidba.+ 16 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Se nneħħik minn fuq wiċċ l-art. Din is-sena tmut,+ għax int tkellimt b’mod ribelluż għall-aħħar kontra Ġeħova.’”+
17 U b’hekk il-profeta Ħananija miet dik is-sena, fis-sebaʼ xahar.+