13 Imbagħad ħareġ minn hemmhekk it-teżori kollha tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori taʼ dar is-sultan,+ u kisser l-għodod kollha tad-deheb+ li Salamun is-sultan taʼ Israel kien għamel fit-tempju taʼ Ġeħova, eżatt kif kien qal Ġeħova.
16 U kellimt lill-qassisin u lil dan il-poplu kollu, u għedtilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Tisimgħux minn kliem il-profeti tagħkom li qed jipprofetizzawlkom u jgħidulkom: “Ara! L-għodod tad-dar taʼ Ġeħova dalwaqt jinġiebu lura minn Babilonja!”+ Għax huma gideb qed jipprofetizzawlkom.+
2 U Ġeħova rħielu f’idu lil Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda,+ u parti mill-għodod+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru, u dawn ġarrhom lejn l-art tas-Sinar+ fid-dar taʼ l-alla tiegħu; u l-għodod ġabhom fid-dar tat-teżor taʼ l-alla tiegħu.+