9 (Dari f’Israel hekk kien jitkellem ir-raġel hu u sejjer ifittex lil Alla: “Ejjew, u ħa mmorru għand il-veġġent.”+ Għax il-profeta taʼ llum kien jissejjaħ veġġent dari.)
14 Imbagħad Ġeħova qalli: “Gideb qed jipprofetizzaw f’ismi l-profeti.+ Mhux jien bgħatthom, u la kkmandajthom u lanqas kellimthom.+ Viżjoni falza, teħbir, kliem bla siwi,+ u l-ingann taʼ qalbhom qed jipprofetizzawlkom.+
15 “‘Għax mhux jien bgħatthom,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘imma huma qed jipprofetizzaw falz f’ismi sabiex inxerridkom+ u tgħibu,+ intom u l-profeti li qed jipprofetizzawlkom.’”+