7 Iġorruh fuq l-ispalla,+ iqandluh u jagħmluh f’postu sabiex joqgħod wieqaf hemmhekk. Ma jiċċaqlaqx minn postu.+ Jekk xi ħadd jgħajjatlu ma jwiġbux; ma jsalvax lil dak li jkun min-niket tiegħu.+
5 Huma bħal raġel tat-tiben* f’għalqa tal-ħjar, u ma jistgħux jitkellmu.+ Bilfors ikollhom jintrefgħu, għax ma jistgħux jagħmlu pass.+ Tibżgħux minnhom, għax ma jistgħux jagħmlu ħsara, u iżjed minn hekk, lanqas ġid ma jistgħu jagħmlu.”+