10 L-għassiesa tiegħu huma għomja.+ Ħadd minnhom ma ta kas.+ Ilkoll kemm huma klieb imbikkmin; ma jistgħux jinbħu,+ imma jilhġu, jimteddu, u jħobbu jonogħsu.+
61L-ispirtu tal-Mulej Sovran Ġeħova qiegħed fuqi,+ għax Ġeħova dilikni+ biex ngħid aħbar tajba lill-ġwejdin.+ Bagħatni biex ninfaxxa lil dawk b’qalbhom maqsuma,+ biex inxandar il-libertà lil dawk li ttieħdu fil-jasar+ u l-ftuħ beraħ taʼ l-għajnejn lill-priġunieri;+
22 Għax il-poplu tiegħi iblah.+ Ma tawx kasi.+ M’humiex ulied għaqlin; u ma jistgħux jifhmu.+ Biex jagħmlu l-ħażen huma għorrief, imma mbagħad it-tajjeb ma jafux jagħmluh.+
2 “Bin il-bniedem, fost dar ribelluża qed tgħammar,+ li għandhom għajnejn biex jaraw imma ma jarawx,+ li għandhom widnejn biex jisimgħu imma ma jisimgħux,+ għax huma dar ribelluża.+
18 “L-ispirtu+ taʼ Ġeħova qiegħed fuqi, għax Hu dilikni biex inxandar aħbar tajba lill-foqra, bagħatni nippriedka l-ħelsien lill-imjassrin u l-għoti tad-dawl lill-għomja, biex neħles lill-imgħakksin,+
4 li fosthom l-alla taʼ din is-sistema+ għema l-imħuħ taʼ dawk li ma jemmnux,+ biex ma jarawx jiddi+ d-dawl+ taʼ l-aħbar tajba+ glorjuża dwar il-Kristu, li hu x-xbieha+ t’Alla.