2 Korintin
4 Għalhekk, ladarba għandna dan il-ministeru+ skond il-ħniena li ntweriet magħna,+ ma naqtgħux qalbna; 2 imma issa li warrabna kulma jsir minn taħt li hu taʼ mistħija,+ ma nimxux bil-makakkerija, lanqas inniġġsu l-kelma t’Alla,+ imma billi nuru l-verità, quddiem Alla aħna nsiru eżempju tajjeb għall-kuxjenza taʼ kull bniedem.+ 3 Issa, jekk l-aħbar tajba li nxandru hi tassew moħbija b’velu, hi moħbija għal dawk li qed jinqerdu,+ 4 li fosthom l-alla taʼ din is-sistema+ għema l-imħuħ taʼ dawk li ma jemmnux,+ biex ma jarawx jiddi+ d-dawl+ taʼ l-aħbar tajba+ glorjuża dwar il-Kristu, li hu x-xbieha+ t’Alla. 5 Għax m’aħniex nippridkaw lilna nfusna imma lil Kristu Ġesù bħala l-Mulej,+ u lilna nfusna bħala l-ilsiera tagħkom+ għal Ġesù. 6 Għax kien Alla li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,”+ u idda fi qlubna biex idawwalhom+ bl-għarfien glorjuż+ dwar Alla permezz taʼ wiċċ Kristu.+
7 Madankollu, għandna dan it-teżor+ f’reċipjenti+ tal-fuħħar,+ sabiex il-qawwa+ iktar min-normal tkun t’Alla+ u mhux minna nfusna.+ 8 Aħna magħfusin b’kull mod,+ imma mhux marsusin li ma nistgħux niċċaqalqu; mifxulin, imma mhux li m’għandniex assolutament minfejn noħorġu;+ 9 persegwitati, imma mhux abbandunati;+ mitfugħin maʼ l-art,+ imma mhux meqrudin.+ 10 Dejjem u kullimkien nissaportu f’ġisimna t-trattament tal-mewt li ngħata lil Ġesù,+ sabiex il-ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll f’ġisimna.+ 11 Għax aħna l-ħajjin dejjem qed ninġiebu wiċċ imbwiċċ mal-mewt+ għal Ġesù, sabiex il-ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll fil-laħam mortali tagħna.+ 12 Għaldaqstant, il-mewt qed taħdem fina, imma fikom qed taħdem il-ħajja.+
13 Issa minħabba li għandna l-istess spirtu taʼ fidi bħal dak li dwaru hemm miktub: “Jien eżerċitajt il-fidi, u għalhekk nitkellem,”+ aħna wkoll neżerċitaw il-fidi, u għalhekk nitkellmu, 14 għax nafu li dak li qajjem lil Ġesù jqajjem lilna wkoll flimkien maʼ Ġesù u jippreżentana flimkien magħkom.+ 15 Għax kollox hu għalikom,+ sabiex il-qalb tajba mhix mistħoqqa li ntweriet bl-abbundanza tkompli toktor minħabba r-radd il-ħajr taʼ ħafna oħrajn għall-glorja t’Alla.+
16 Għalhekk, ma naqtgħux qalbna, imma anki jekk il-bniedem li aħna minn barra qed jispiċċa, żgur li l-bniedem li aħna minn ġewwa+ qed jiġġedded minn jum għall-ieħor. 17 Għax għalkemm it-tribulazzjoni hi mumentanja+ u ħafifa, iġġibilna glorja taʼ kobor bla qjies li hi għal dejjem;+ 18 waqt li ma nżommux għajnejna fuq l-affarijiet li jidhru, imma fuq dawk li ma jidhrux.+ Għax dawk li jidhru huma temporanji,+ imma dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.+