55 u b’hekk ma jagħti xejn lil wieħed minnhom mil-laħam taʼ wliedu li se jiekol, għaliex ma baqagħlu assolutament xejn minħabba li int tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-tbatija li se jġib fuqek l-għadu tiegħek ’il ġewwa minn bwiebek.+
17 Għalhekk, tellaʼ kontrihom lis-sultan tal-Kaldin,+ li qatel liż-żgħażagħ tagħhom bis-sejf+ fid-dar tas-santwarju tagħhom,+ u la ħass mogħdrija għaż-żagħżugħ u lanqas għall-verġni, la għax-xwejjaħ u lanqas għax-xiħ għakka.+ Alla kollox tah f’idejh.
24 Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati: “Tibżax, O poplu tiegħi li tgħammar f’Sijon,+ minħabba l-Assirjan, li kien isawtek bil-ħatar+ u li kien jgħolli l-bastun tiegħu kontrik bħalma kien jagħmel l-Eġittu.+