17 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura,+ il-Qaddis taʼ Israel:+ “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-ġid tiegħek,+ li mmexxik fit-triq li għandek timxi.+
26 U lil dawk li jittrattawk ħażin inġegħelhom jieklu laħamhom stess; u se jiskru b’demmhom bħallikieku bi nbid ħelu. U l-bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ jien is-Salvatur tiegħek+ u Dak li xtrak lura,+ l-Alla l-Qawwi taʼ Ġakobb.”+