29 Fi żmien Pekaħ is-sultan taʼ Israel, ġie Tiglat-pileser+ is-sultan taʼ l-Assirja+ u ħa lil Ijon+ u Abel-bet-magħka+ u Ġanogħa u Kedes+ u Ħasor+ u Gilegħad+ u l-Galilija,+ l-art kollha taʼ Naftali,+ u ġarrhom fl-eżilju lejn l-Assirja.+
9 Minħabba f’hekk, is-sultan taʼ l-Assirja semaʼ minnu u s-sultan taʼ l-Assirja telaʼ Damasku+ u ħadha taħt idejh+ u ġarr in-nies tagħha fl-eżilju lejn Kir,+ u lil Resin+ qatlu.
4 għax qabel it-tifel ikun jaf isejjaħ,+ ‘Missieri!’ u ‘Ommi!’ ir-riżorsi taʼ Damasku u l-priża tas-Samarija se jitkaxkru quddiem is-sultan taʼ l-Assirja.”+