3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+
16 U jkun hemm triq ewlenija+ li toħroġ mill-Assirja għall-fdal+ tal-poplu tiegħu li jkun baqaʼ,+ sewwasew bħalma kien hemm għal Israel dakinhar li ħareġ mill-art taʼ l-Eġittu.
6 Se ngħid lit-tramuntana,+ ‘Ċedi!’ u lin-nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura. Ġib lil uliedi s-subien mill-bogħod, u lil uliedi l-bniet minn tarf l-art,+
4 “Erfaʼ għajnejk u ħares dawramejt! Ilkoll ġew miġburin flimkien;+ huma ġew għandek.+ Uliedek subien jibqgħu ġejjin mill-bogħod, u lil uliedek bniet se jieħdu ħsiebhom u jġorruhom fuq il-ġenbejn.+
31 U jibgħat lill-anġli tiegħu b’ħoss kbir taʼ trumbetta,+ u jiġbru flimkien il-magħżulin tiegħu+ mill-erbat irjieħ,+ minn tarf sa tarf tas-smewwiet.