3 Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-dar taʼ l-Alla taʼ Israel—dan hu l-Alla l-veru.+
8 Il-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, li qed jiġbor flimkien lill-imxerrdin taʼ Israel,+ hija: “Se niġborlu flimkien oħrajn minbarra dawk li diġà nġabrulu.”+
37 ‘Ara, se niġborhom flimkien mill-artijiet kollha fejn xerridthom fir-rabja tiegħi u fil-korla tiegħi u fl-għadab kbir tiegħi;+ u nġibhom lura f’dan il-post u nġegħelhom jgħammru fis-sigurtà.+
13 U noħroġhom+ mill-popli u niġborhom flimkien mill-pajjiżi u nġibhom f’arthom+ u nitmagħhom fuq il-muntanji taʼ Israel, ħdejn in-nixxigħat u ħdejn il-postijiet mgħammrin kollha fil-pajjiż.+