9 U se noħroġ minn Ġakobb nisel+ u minn Ġuda l-werriet tal-muntanji tiegħi;+ u l-magħżulin tiegħi jieħdu l-art f’idejhom,+ u l-qaddejja tiegħi jgħammru hemmhekk.+
3 “U niġbor flimkien il-fdal tan-nagħaġ tiegħi mill-artijiet kollha fejn kont xerridthom,+ u nġibhom lura fil-mergħa tagħhom,+ u jnisslu u joktru.+
3 Għax, “ara, ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta niġbor lill-imjassrin tal-poplu tiegħi, Israel u Ġuda,”+ qal Ġeħova, “u nġibhom lura lejn l-art li jien tajt lil missirijiethom, u din terġaʼ tkun tagħhom.”’”+
25 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+
14 U niġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jixorbu l-inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+