LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 11:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova jerġaʼ joffri idu, għat-​tieni darba,+ biex mill-​Assirja,+ mill-​Eġittu,+ minn Patros,+ minn Kus,+ minn Għelam,+ mis-​Sinar,+ minn Ħamat, u mill-​gżejjer tal-​baħar+ jikseb lill-​fdal tal-​poplu tiegħu li jkun baqaʼ.

  • Ġeremija 30:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 “U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix fil-​kwiet u bla tfixkil, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.”+

  • Ġeremija 32:37
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 37 ‘Ara, se niġborhom flimkien mill-​artijiet kollha fejn xerridthom fir-​rabja tiegħi u fil-​korla tiegħi u fl-​għadab kbir tiegħi;+ u nġibhom lura f’dan il-​post u nġegħelhom jgħammru fis-​sigurtà.+

  • Eżekjel 20:42
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 42 “‘U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova,+ meta nġibkom fl-​art taʼ Israel,+ fil-​pajjiż li kont għollejt idi biex naħlef li nagħtih lil missirijietkom.

  • Eżekjel 34:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 U noħroġhom+ mill-​popli u niġborhom flimkien mill-​pajjiżi u nġibhom f’arthom+ u nitmagħhom fuq il-​muntanji taʼ Israel, ħdejn in-​nixxigħat u ħdejn il-​postijiet mgħammrin kollha fil-​pajjiż.+

  • Eżekjel 36:24
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 24 U noħroġkom mill-​ġnus u niġborkom flimkien mill-​pajjiżi kollha u ndaħħalkom f’artkom.+

  • Eżekjel 37:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Għalhekk, ipprofetizza, u għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se niftaħ il-​postijiet fejn intom midfunin,+ u se ntellagħkom mill-​postijiet fejn intom midfunin, O poplu tiegħi, u ndaħħalkom fl-​art taʼ Israel.+

  • Għamos 9:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 U niġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-​bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jixorbu l-​inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja