3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+
3 “U niġbor flimkien il-fdal tan-nagħaġ tiegħi mill-artijiet kollha fejn kont xerridthom,+ u nġibhom lura fil-mergħa tagħhom,+ u jnisslu u joktru.+
14 U jien inħallikom issibuni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘U niġbor lill-imjassrin tagħkom u niġmagħkom mill-ġnus kollha u mill-postijiet kollha fejn xerridtkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘U nġibkom lura fil-post minfejn eżiljajtkom.’+
21 “U għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed nieħu lil ulied Israel minn fost il-ġnus li marru fihom, u se niġborhom flimkien mill-inħawi taʼ madwar u nġibhom f’arthom.+