3 Ġeħova Alla tiegħek iġib lura lill-imjassrin tiegħek+ u jħenn għalik+ u jerġaʼ jiġbrok minn fost il-popli kollha li Ġeħova Alla tiegħek ikun xerrdek fihom.+
15 imma: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-art tat-tramuntana u mill-artijiet kollha fejn xerridhom!” U jien żgur inġibhom lura lejn arthom, li tajt lil missirijiethom.’+
3 “U niġbor flimkien il-fdal tan-nagħaġ tiegħi mill-artijiet kollha fejn kont xerridthom,+ u nġibhom lura fil-mergħa tagħhom,+ u jnisslu u joktru.+
14 U niġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jixorbu l-inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+