Mattew
1 Ktieb in-nisel+ taʼ Ġesù Kristu, bin David,+ bin Abraham:+
Iżakk nissel lil Ġakobb;+
Ġakobb nissel lil Ġuda+ u lil ħutu;
3 Ġuda nissel lil Pereż+ u lil Żeraħ minn Tamar;
Pereż nissel lil Ħesron;+
Ħesron nissel lil Ram;+
4 Ram nissel lil Għamminadab;
Għamminadab nissel lil Naħson;+
Naħson nissel lil Salmon;+
5 Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab;+
Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut;+
Għobed nissel lil Ġesse;+
6 Ġesse nissel lil David+ is-sultan.+
David nissel lil Salamun+ minn mart Urija;
7 Salamun nissel lil Reħobogħam;+
Reħobogħam nissel lil Abija;
Ġeħosafat nissel lil Ġeħoram;+
Ġeħoram nissel lil Użżija;
9 Użżija nissel lil Ġotam;
Aħaż nissel lil Ħeżekija;+
10 Ħeżekija nissel lil Manasse;+
Amon+ nissel lil Ġosija;
11 Ġosija+ nissel lil Ġekonija+ u lil ħutu fi żmien l-eżilju lejn Babilonja.+
12 Wara l-eżilju lejn Babilonja, Ġekonija nissel lil Saltijel;+
Saltijel nissel lil Żerubbabel;+
13 Żerubbabel nissel lil Abijud;
Abijud nissel lil Eljakim;
Eljakim nissel lil Għażor;
14 Għażor nissel lil Sadok;
Sadok nissel lil Akim;
Akim nissel lil Eljud;
15 Eljud nissel lil Elegħażar;
Elegħażar nissel lil Mattan;
Mattan nissel lil Ġakobb;
16 Ġakobb nissel lil Ġużeppi r-raġel taʼ Marija, li minnha twieled+ Ġesù, li jgħidulu Kristu.+
17 Mela, il-ġenerazzjonijiet kollha minn Abraham sa David kienu erbatax, u minn David sa l-eżilju lejn Babilonja erbatax, u mill-eżilju lejn Babilonja sal-Kristu erbatax.
18 Imma t-twelid taʼ Ġesù Kristu kien hekk: Fiż-żmien li ommu Marija kienet imwiegħda+ fiż-żwieġ lil Ġużeppi, qabel ma ngħaqdu flimkien, ħarġet tqila mill-ispirtu qaddis.+ 19 Madankollu, żewġha Ġużeppi, peress li kien raġel sewwa u ma riedx javveliha quddiem in-nies,+ għamel il-ħsieb li jiddivorzjaha*+ bil-moħbi. 20 Imma wara li qagħad jaħseb dwar dan, ara, l-anġlu taʼ Ġeħova deherlu f’ħolma, u qallu: “Ġużeppi, bin David, tibżax tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha hu mill-ispirtu qaddis.+ 21 Hi tiled iben, u int issemmih Ġesù,*+ għax hu jsalva+ lill-poplu tiegħu+ minn dnubiethom.”+ 22 Dan kollu fil-fatt ġara biex iseħħ dak li ntqal minn Ġeħova+ permezz tal-profeta tiegħu:+ 23 “Ara! Il-verġni+ toħroġ tqila u tiled iben, u jsemmuh Emmanuwel,”+ isem li meta jiġi tradott ifisser “Magħna Hu Alla.”+
24 Imbagħad Ġużeppi qam mill-irqad u għamel kif kien ordnalu l-anġlu taʼ Ġeħova, u ħa lil martu għandu. 25 Imma ma kellux x’jaqsam magħha+ sakemm wildet iben;+ u semmieh Ġesù.+