15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-sultan+ u n-nisa tas-sultan u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u l-irġiel importanti tal-pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja.
10 U fil-bidu+ tas-sena s-Sultan Nebukadnessar bagħat+ it-truppi biex iġibu lil Ġeħojakin f’Babilonja+ flimkien maʼ l-oġġetti mixtiqin tad-dar taʼ Ġeħova.+ Barra minn hekk, għamel lil Sedekija,+ ħu missieru, sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm.+
20 li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, ma ħadhomx miegħu meta ġarr fl-eżilju lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, minn Ġerusalemm lejn Babilonja, flimkien man-nobbli kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm;+
2 wara li s-Sultan Ġekonija+ u s-sultana omm+ u l-uffiċjali tal-palazz u l-prinċpijiet taʼ Ġuda u Ġerusalemm,+ u n-nies tas-sengħa u l-bennejja tas-swar+ kienu telqu minn Ġerusalemm.