8 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan minn Ġerusalemm.
9 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur+ u għaxart ijiem f’Ġerusalemm; u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
24 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘anki kieku int, Konija*+ bin Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, tkun iċ-ċurkett tas-siġill+ fuq idi l-leminija, minn hemmhekk naqilgħek!+
20 li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, ma ħadhomx miegħu meta ġarr fl-eżilju lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda, minn Ġerusalemm lejn Babilonja, flimkien man-nobbli kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm;+
4 “‘U lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, u lill-eżiljati kollha taʼ Ġuda li marru Babilonja+ se nġibhom lura f’dan il-post,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘għax se nkisser il-madmad+ tas-sultan taʼ Babilonja.’”