Isaija
13 Id-dikjarazzjoni kontra Babilonja+ li Isaija bin Għamoż+ ra f’viżjoni: 2 “Għollu arblu bħala sinjal+ fuq muntanja taʼ blat għeri. Għollu leħinkom lejhom, xejru idkom,+ sabiex jidħlu mill-bibien tan-nobbli.+ 3 Jien stess ħriġt il-kmand lill-gwerriera li għażilt.*+ Sejjaħt ukoll lis-setgħanin tiegħi biex jesprimu r-rabja tiegħi,+ dawk li huma ferħanin b’mod taʼ l-għaġeb. 4 Ismaʼ! Folla fil-muntanji, ħoss bħal taʼ poplu kotran!+ Ismaʼ! L-għagħa tas-saltniet, taʼ ġnus miġburin flimkien!+ Ġeħova taʼ l-armati qed jiġmaʼ l-armata tal-gwerra.+ 5 Ġejjin mill-pajjiż ’il bogħod,+ minn tarf is-smewwiet, Ġeħova u l-armi tal-kundanna tiegħu, biex ifarrku l-art kollha.+
6 “Newħu,+ għax il-jum taʼ Ġeħova hu qrib!+ Ġej bħala tħarbit minn Dak li Jistaʼ Kollox.+ 7 Huwa għalhekk li jintelqu l-idejn kollha, u qalb il-bniedem mortali ddub kollha.+ 8 U n-nies jitħawdu.+ Jagħtuhom weġgħat u jaqbadhom l-uġigħ tal-ħlas; bħal mara li qed tiled ikollhom l-uġigħ tal-ħlas.+ Iħarsu lejn xulxin mistagħġbin. Wiċċhom ikun aħmar nar.+
9 “Ara! Il-jum taʼ Ġeħova ġej, kiefer kemm bil-qilla u kemm bir-rabja taħraq, sabiex l-art jagħmilha oġġett taʼ stagħġib,+ u sabiex jeqred għalkollox lill-midinbin mill-art.+ 10 Għax il-kwiekeb tas-smewwiet u l-kostellazzjonijiet tagħhom taʼ Kesil*+ m’humiex se jitfgħu d-dawl tagħhom; ix-xemx se tiddallam hi u ħierġa, u l-qamar mhux se jagħti d-dawl tiegħu. 11 U jien se nġib il-ħażen taʼ l-art produttiva+ fuqha stess, u l-iżball tal-ħżiena fuqhom stess. U se ntemm il-kburija tal-prużuntużi, u nbaxxi s-suppervja tat-tiranni.+ 12 Se nagħmel lill-bniedem mortali iktar rari mid-deheb irfinut,+ u l-bniedem taʼ l-art iktar rari mid-deheb t’Ofir.+ 13 Għalhekk, nheżżeż is-sema,+ u l-art titriegħed minn postha għall-qilla taʼ Ġeħova taʼ l-armati+ u għall-jum tar-rabja taħraq tiegħu.+ 14 U jrid iseħħ li, bħal għażżiela* li qed jiġru warajha u bħal merħla li m’għandha lil ħadd biex jiġborha flimkien,+ huma jduru, kull wieħed lejn il-poplu tiegħu; u jaħarbu, kull wieħed lejn pajjiżu.+ 15 Kulmin jinstab se jiġi minfud, u kulmin jinqabad se jaqaʼ bis-sejf;+ 16 u t-tfal stess se jitfarrku quddiem għajnejhom.+ Djarhom se jiġu mħarbtin, u n-nisa tagħhom se jiġu stuprati.+
17 “Ara, jien qed inqajjem kontrihom il-Medin,+ li għalihom il-fidda m’hi xejn u li bid-deheb ma jitgħaxxqux. 18 U l-qwas tagħhom se jfarrku lill-irġiel żgħażagħ.+ U lil frott il-ġuf ma jitħassruhx;+ għajnejhom mhux se jiddispjaċihom għall-ulied. 19 U Babilonja, id-dekorazzjoni tas-saltniet,+ is-sbuħija u l-kburija tal-Kaldin,+ trid issir bħal meta Alla għeleb lil Sodoma u Gomorra.+ 20 Qatt ma se tkun abitata,+ u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.+ L-Għarbi mhux se jwaqqaf it-tinda tiegħu hemmhekk, u l-ebda ragħaj m’hu se jħalli l-imrieħel tiegħu jimteddu hemmhekk. 21 U hemmhekk jimteddu l-annimali tad-deżert, u fi djarhom tbejjet il-kokka imperjali.+ U hemmhekk jgħammar in-ngħam u joqogħdu jaqbżu d-demonji forma taʼ mogħża.*+ 22 U x-xakalli se jnewħu fit-torrijiet tagħha li kienu mgħammrin,+ u s-sriep il-kbar se jkunu fil-palazzi mill-isbaħ. U dalwaqt tasal is-siegħa tagħha, u jiemha mhux se jiġu mtawlin.”+