3 Għax ġie ġens kontriha mit-tramuntana.+ Għamlilha artha oġġett taʼ stagħġib, u b’hekk m’hemm ħadd li jgħammar fiha.+ Ħarab kulħadd, kemm il-bnedmin u kemm l-annimali domestiċi.+ Telqu ’l hemm.”+
13 Ħadd ma jgħammar fiha minħabba r-rabja taʼ Ġeħova,+ u ssir art abbandunata kollha kemm hi.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejn Babilonja jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-kastigi tagħha.+
29 Ħa titriegħed l-art u jaqbadha wġigħ kbir,+ għax lil Ġeħova ġewh ħsibijiet kontra Babilonja biex jagħmel l-art taʼ Babilonja oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fiha.+
21 U anġlu b’saħħtu refaʼ ġebla bħal ġebla kbira+ taʼ mitħna u xeħitha fil-baħar+ u qal: “Hekk, bil-ħeffa se tinxteħet għal isfel Babilonja, il-belt il-kbira, u qatt iktar ma terġaʼ tinstab.+