13 Għajtu għajta ferriħija, smewwiet,+ u ifraħ, art.+ Ħa jithennew il-muntanji b’għajat ferrieħi.+ Għax Ġeħova farraġ lill-poplu tiegħu,+ u qed juri li jitħassar lin-nies tiegħu li qed isofru.+
11 “‘“‘U dak il-ġens li jqiegħed għonqu taħt il-madmad tas-sultan taʼ Babilonja u jaqdih, jien inħallih jistrieħ f’artu,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u jaħdimha u jgħammar fiha.’”’”+