21 U hemmhekk jimteddu l-annimali tad-deżert, u fi djarhom tbejjet il-kokka imperjali.+ U hemmhekk jgħammar in-ngħam u joqogħdu jaqbżu d-demonji forma taʼ mogħża.*+
39 Għalhekk, l-annimali tad-deżert se jgħixu maʼ l-annimali li jnewħu, u fiha jgħammar in-ngħam;+ u ħadd qatt ma se jgħammar fiha, u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.”+
25 “Hawn jien kontrik,+ O muntanja qerrieda,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “int li qridt l-art kollha;+ u jien immidd idi kontrik u ngerbek minn fuq il-blat u nagħmlek muntanja maħruqa.”+
62 U għid, ‘O Ġeħova, int innifsek tkellimt kontra dan il-post, sabiex teqirdu u ma jkun hemm ħadd jgħammar fih,+ la bniedem u lanqas annimal domestiku, imma jsir art abbandunata għal żmien indefinit.’
2 U għajjat b’leħen qawwi+ u qal: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja l-Kbira,+ u saret post fejn jgħammru d-demonji u moħba għal kull nifs+ mhux nadif u moħba għal kull tajra mhix nadifa u mibgħuda!+