20 Qatt ma se tkun abitata,+ u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.+ L-Għarbi mhux se jwaqqaf it-tinda tiegħu hemmhekk, u l-ebda ragħaj m’hu se jħalli l-imrieħel tiegħu jimteddu hemmhekk.
23 “U nagħmilha l-proprjetà tal-porkuspini u nġegħelha timtela bl-għadajjar fejn jikber il-qasab, u se niknisha bl-ixkupa tal-qerda,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.
3 Għax ġie ġens kontriha mit-tramuntana.+ Għamlilha artha oġġett taʼ stagħġib, u b’hekk m’hemm ħadd li jgħammar fiha.+ Ħarab kulħadd, kemm il-bnedmin u kemm l-annimali domestiċi.+ Telqu ’l hemm.”+
39 Għalhekk, l-annimali tad-deżert se jgħixu maʼ l-annimali li jnewħu, u fiha jgħammar in-ngħam;+ u ħadd qatt ma se jgħammar fiha, u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.”+
29 Ħa titriegħed l-art u jaqbadha wġigħ kbir,+ għax lil Ġeħova ġewh ħsibijiet kontra Babilonja biex jagħmel l-art taʼ Babilonja oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fiha.+
23 u ebda dawl taʼ musbieħ ma jerġaʼ jiddi fik, u ebda leħen t’għarus u t’għarusa ma jerġaʼ jinstemaʼ fik;+ għax il-merkanti tiegħek li jivvjaġġaw+ kienu l-kbarat taʼ l-art,+ għax il-ġnus kollha ġew imqarrqin bil-prattika spiritistika tiegħek.+