6 Fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa, is-sultan taʼ l-Assirja rebaħ is-Samarija+ u ġarr lil Israel fl-eżilju+ lejn l-Assirja u żammhom jgħammru f’Ħala+ u f’Ħabor ħdejn ix-xmara Gożan+ u fil-bliet tal-Medin.+
14 Għax jien se nkun bħal iljun fl-aqwa tiegħu għal Efrajm+ u bħal iljun b’saħħtu għal dar Ġuda. Jien, iva, jien stess se nqattagħhom biċċiet, u se mmur u nġorrhom ’l hemm, u ma jkun hemm ħadd li jeħlishom.+