8 U din il-belt nagħmilha oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-kastigi kollha tagħha.+
13 “Għax ħlift bija nnifsi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li Bosra+ ma ssir xejn ħlief oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ żebliħ, u ħerba u saħta; u l-bliet kollha tagħha jibqgħu ħerba għal żmien indefinit.”+
14 U mmidd idi fuqhom+ u lil arthom nagħmilha art abbandunata, abbandunata iktar mix-xagħri lejn Dibla, kulfejn jgħammru. U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”