LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Neħemija 9:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Għalhekk, ma ridux jisimgħu,+ u ma ftakrux+ fl-​atti taʼ l-​għaġeb tiegħek li int wettaqt għalihom, imma webbsu rashom+ u ħatru kap+ biex imorru lura lejn il-​jasar tagħhom fl-​Eġittu. Imma int Alla t’atti taʼ maħfra,+ grazzjuż+ u mimli ħniena,+ bil-​mod biex tirrabja+ u għani+ fil-​qalb tajba bl-​imħabba, u ma tlaqthomx.+

  • Neħemija 9:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Għalkemm kont tixhed+ kontrihom biex treġġagħhom lura lejn il-​liġi tiegħek,+ huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek; u dinbu+ kontra d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+ li jekk bniedem iħarishom jgħix permezz tagħhom.+ U huma baqgħu jagħtuk daharhom,*+ u webbsu rashom,+ u ma semgħux.+

  • Ġeremija 7:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 Iżda ma semgħux minni, u ma tawnix widen,+ imma baqgħu jwebbsu rashom.*+ Aġixxew agħar minn missirijiethom!+

  • Ġeremija 17:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 imma huma la taw widen u lanqas mejlu widnithom,+ u webbsu rashom+ biex ma jisimgħux u ma jirċievu l-​ebda dixxiplina.”’+

  • Żakkarija 7:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U webbsu qalbhom+ daqs l-​iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-​liġi+ u l-​kliem li Ġeħova taʼ l-​armati bagħat bl-​ispirtu tiegħu,+ permezz tal-​profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-​naħa taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”+

  • Atti 7:51
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 51 “Irġiel stinati li m’intomx ċirkonċiżi fi qlubkom+ u f’widnejkom, intom dejjem tirreżistu l-​ispirtu qaddis; bħalma għamlu missirijietkom, hekk tagħmlu intom.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja