LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Esdra 3:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U ħafna mill-​qassisin+ u l-​Leviti u l-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier,+ ix-​xjuħ li kienu raw id-​dar+ taʼ qabel, kienu qed jibku u jolfqu+ x’ħin raw b’għajnejhom it-​tqegħid tal-​pedament+ taʼ din id-​dar, waqt li ħafna oħrajn bdew jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-​ferħ.+

  • Neħemija 8:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 B’hekk, il-​kongregazzjoni kollha taʼ dawk li kienu ġew lura mill-​jasar għamlet għerejjex u bdiet tgħammar fl-​għerejjex; għax ulied Israel ma kinux għamlu l-​festa b’dan il-​mod minn żmien Ġożwè bin Nun+ sa dakinhar, u għalhekk kien hemm ferħ kbir ħafna.+

  • Isaija 35:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+

  • Isaija 51:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Imbagħad il-​mifdijin taʼ Ġeħova se jerġgħu lura u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija,+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.+ Se jaslu għall-​ferħ kbir u l-​hena.+ U n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+

  • Ġeremija 31:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Madankollu, se nerġaʼ nibnik u int tinbena mill-​ġdid,+ O verġni Israel. Għad tiżżejjen bit-​tanburlini u toħroġ tiżfen bħal dawk daħqana.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja