-
Ġeremija 21:7Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
7 “‘“U wara dan,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “lil Sedekija, is-sultan taʼ Ġuda, u lill-qaddejja tiegħu u lin-nies u lil dawk li jibqgħu ħajjin f’din il-belt wara l-pesta, wara s-sejf u wara l-ġuħ, nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja. Iva, nagħtihom f’idejn l-għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom, u hu jidrobhom b’xifer is-sejf.+ Mhux se jitħassarhom, u lanqas ma jurihom mogħdrija jew ikollu ħniena minnhom.”’+
-
-
Ġeremija 25:9Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 ara, se nibgħat għall-familji kollha tat-tramuntana,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “anki għal Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, il-qaddej tiegħi,+ u nġibhom kontra dan il-pajjiż+ u l-abitanti tiegħu u kontra dawn il-ġnus kollha taʼ madwar;+ u niddedikahom għall-qerda* u nagħmilhom oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir+ u ħerba għal żmien indefinit.+
-