14 U huma jipprovaw ifejqu ħafif ħafif lill-poplu tiegħi mill-ġerħa tiegħu,+ billi jgħidu, ‘Hemm il-paċi! Hemm il-paċi!’ meta m’hemm l-ebda paċi.+
13 Għal dan għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Ara, il-profeti qed jgħidulhom, ‘M’intom se taraw l-ebda sejf, u l-ebda ġuħ m’hu ġej fuqkom, imma paċi vera se nagħtikom f’dan il-post.’”+
17 Lil dawk li m’għandhomx rispett lejja jgħidulhom darba wara l-oħra, ‘Ġeħova qal: “Sliem se jkollkom.”’+ U lil kulmin hu miexi wara l-ebusija taʼ qalbu+ qalulu, ‘M’hu ġej fuqkom l-ebda gwaj.’+
3 Meta jkunu+ qed jgħidu: “Paċi+ u sigurtà!” imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda+ f’daqqa bħall-weġgħa tal-ħlas fuq mara tqila;+ u żgur ma jeħilsuhiex.+