LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeremija 4:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Int tassew qarraqt għalkollox b’dan il-​poplu+ u b’Ġerusalemm meta għedt, ‘Ikollkom is-​sliem,’+ u s-​sejf wasal sar-​ruħ.”

  • Ġeremija 5:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-​qerq;+ u l-​qassisin qed jiddominaw bil-​poter li għandhom.+ U l-​poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-​tmiem?”+

  • Ġeremija 6:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 U huma jipprovaw ifejqu ħafif ħafif lill-​poplu tiegħi mill-​ġerħa tiegħu,+ billi jgħidu, ‘Hemm il-​paċi! Hemm il-​paċi!’ meta m’hemm l-​ebda paċi.+

  • Ġeremija 23:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Lil dawk li m’għandhomx rispett lejja jgħidulhom darba wara l-​oħra, ‘Ġeħova qal: “Sliem se jkollkom.”’+ U lil kulmin hu miexi wara l-​ebusija taʼ qalbu+ qalulu, ‘M’hu ġej fuqkom l-​ebda gwaj.’+

  • Ġeremija 27:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 “‘“‘U intom, tisimgħux mill-​profeti tagħkom+ u minn dawk li jeħbru u minn dawk li joħolmu+ u minn dawk li jipprattikaw il-​maġija u mis-​sħaħar tagħkom,+ li qed jgħidulkom: “M’intomx se taqdu lis-​sultan taʼ Babilonja.”+

  • Eżekjel 13:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 għar-raġuni, iva, għar-​raġuni li huma żvijaw lill-​poplu tiegħi, billi qalu, “Hemm il-​paċi!” meta m’hemm l-​ebda paċi,+ u hemm min qed jibni ħajt, imma għalxejn+ hemm dawk li qed jiksuh bit-​tibjid.’+

  • Mikea 3:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-​ħaqq,+ u l-​qassisin tagħha jitolbu l-​ħlas biex jgħallmu,+ u l-​profeti tagħha jipprattikaw it-​teħbir għall-​flus;+ u fl-​istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja