LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 2 Slaten 25:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 U ħaraq id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan+ u d-​djar kollha f’Ġerusalemm;+ u d-​dar taʼ kull raġel importanti ħaraqha bin-​nar.+

  • 2 Kronaki 34:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 talli telquni+ u marru joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ sabiex joffenduni+ b’kulma jagħmlu b’idejhom,+ u biex il-​korla tiegħi+ tixgħel kontra dan il-​post u ma tintefiex.’”+

  • 2 Kronaki 36:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-​ċajt+ kontinwament lill-​messaġġiera taʼ l-​Alla l-​veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-​profeti tiegħu, sakemm il-​korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-​poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+

  • Ġeremija 7:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara! Ir-​rabja u l-​korla tiegħi qed jitferrgħu fuq dan il-​post,+ fuq il-​bnedmin u fuq l-​annimali domestiċi, u fuq is-​siġar tar-​rabaʼ+ u fuq il-​frott taʼ l-​art; u taqbad, u ma tintefiex.’+

  • Ġeremija 39:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U l-​Kaldin ħarqu bin-​nar id-​dar tas-​sultan u d-​djar tan-​nies,+ u ġarrfu s-​swar taʼ Ġerusalemm.+

  • Ġeremija 52:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Fl-aħħar ġara li fid-​disaʼ sena tiegħu bħala sultan,+ fl-​għaxar xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, ġie Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, hu u l-​qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm,+ u waqqfu l-​kampijiet tagħhom biex jiġġieldu kontriha u bnewlha ħajt taʼ l-​assedju dawramejt.+

  • Lamentazzjonijiet 2:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  4 Ħejja l-​qaws tiegħu bħalma jagħmel l-​għadu.+ Idu l-​leminija+ tinsab lesta f’postha

      Bħalma jagħmel l-​avversarju,+ u baqaʼ joqtol lil dawk kollha li kienu jpaxxu l-​għajnejn.+

      Għal ġot-​tinda+ taʼ bint Sijon sawwab il-​korla tiegħu, bħan-​nar.+

  • Naħum 1:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Min jistaʼ jieqaf quddiem il-​kundanna tiegħu?+ U min jistaʼ jqum kontra s-​saħna tar-​rabja tiegħu?+

      Il-korla tiegħu titferraʼ bħan-​nar,+ u l-​blat jiġġarraf minħabba fih.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja