1 Samwel
26 U n-nies taʼ Żif+ marru għand Sawl f’Gibegħa+ u qalulu: “David mhux qed jinħeba fuq l-għolja taʼ Ħakila,+ faċċata tal-Ġesimon?”*+ 2 U Sawl qam+ u niżel lejn ix-xagħri taʼ Żif, u miegħu tlett elef raġel,+ il-magħżulin taʼ Israel, biex ifittex lil David fix-xagħri taʼ Żif. 3 U Sawl ikkampja fuq l-għolja taʼ Ħakila, li hi faċċata tal-Ġesimon, ħdejn it-triq, waqt li David kien qed jgħammar fix-xagħri, u ra li Sawl kien ġie warajh fix-xagħri. 4 Għalhekk, David bagħat xi spiji+ biex ikun jaf jekk Sawl kienx ġie tassew. 5 Iktar tard David qam u mar fil-post fejn kien ikkampja Sawl, u David ra l-post fejn kien imtedd Sawl, kif ukoll Abner,+ bin Ner, il-kap taʼ l-armata tiegħu; u Sawl kien mimdud fil-post fejn kien ikkampjat+ bin-nies ikkampjati madwaru. 6 Imbagħad David qabad u qal lil Aħimelek, il-Ħitti,+ u lil Abisaj,+ bin Seruja,+ ħu Ġowab: “Min jinżel miegħi għand Sawl fil-kamp?” Abisaj wieġeb: “Jien stess ninżel miegħek.”+ 7 U David mar m’Abisaj ħdejn in-nies bil-lejl; u, ara, Sawl kien mimdud u rieqed fil-post fejn kien ikkampjat bil-lanza tiegħu mwaħħla fl-art ħdejn rasu, u Abner u n-nies kienu mimdudin madwaru.
8 Abisaj issa qal lil David: “Illum Alla tak f’idek l-għadu tiegħek.+ U issa ħallini, jekk jogħġbok, insammru maʼ l-art bil-lanza darba biss, u ma nerġax nagħmillu hekk darbtejn.” 9 Madankollu, David qal lil Abisaj: “Toqtlux, għax min medd idu fuq il-midluk taʼ Ġeħova+ u baqaʼ innoċenti?”+ 10 U David issokta jgħid: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ Ġeħova stess jilħqu;+ jew jasal il-jum tiegħu+ u jkollu jmut bħal ħaddieħor, jew jinżel għall-battalja,+ u jinqered.+ 11 Ma jgħaddilix minn moħħi,+ mill-ħarsa taʼ Ġeħova,+ li mmidd idi+ fuq il-midluk taʼ Ġeħova!+ Għalhekk, jekk jogħġbok, issa ħu l-lanza li qiegħda ħdejn rasu u l-buqar taʼ l-ilma, u ejja mmorru.” 12 Għaldaqstant, David ħa l-lanza u l-buqar taʼ l-ilma minn ħdejn ras Sawl, u mbagħad telqu; u ma kien hemm ħadd li rahom+ u ħadd ma ta kas u ħadd ma qam, għax ilkoll kemm huma kienu reqdin, għaliex Ġeħova kien ġegħelhom jorqdu fil-fond.+ 13 Imbagħad David għadda għan-naħa l-oħra u qagħad fuq il-quċċata tal-muntanja ’l bogħod, u l-ispazju taʼ bejniethom kien vast.
14 U David beda jgħajjat lin-nies u lil Abner, bin Ner, u jgħidilhom: “Ma twiġibx int, Abner?” U Abner+ wieġeb u qal: “Min int biex tgħajjat lis-sultan?” 15 U David issokta jgħid lil Abner: “M’intix raġel int? U min hu bħalek f’Israel? Għalfejn, allura, ma ħaristx lil sidek is-sultan? Għax ġie wieħed min-nies biex jeqred lis-sultan, sidek.+ 16 Din il-ħaġa li għamilt mhix tajba. Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ intom ħaqqkom tmutu,+ għaliex ma ħaristux+ lil sidkom, lill-midluk taʼ Ġeħova.+ U issa ara fejn huma l-lanza tas-sultan u l-buqar taʼ l-ilma+ li kienu ħdejn rasu.”
17 U Sawl għaraf leħen David u qallu: “Dan leħnek, ibni David?”+ U David wieġbu: “Iva, leħni, sidi s-sultan.” 18 U żied: “Sidi għala qed jiġri wara l-qaddej tiegħu,+ għax x’għamilt jien, u x’ħażen hemm f’idi?+ 19 U issa ħa jismaʼ sidi s-sultan, jekk jogħġbu, kliem il-qaddej tiegħu: Jekk hu Ġeħova li qanqlek kontrija, ħa jaċċetta offerta tal-qmuħ mingħandi.+ Imma jekk huma wlied il-bniedem,+ huma misħutin quddiem Ġeħova,+ għaliex keċċewni llum sabiex ma nħossnix iktar marbut mal-wirt taʼ Ġeħova,+ u qaluli, ‘Mur, aqdi allat oħrajn!’+ 20 U issa tħallix li demmi jaqaʼ fl-art quddiem wiċċ Ġeħova;+ għax is-sultan taʼ Israel bergħud wieħed ħareġ ifittex,+ bħalma wieħed jikkaċċja ħaġla* fuq il-muntanji.”+
21 Għal dan, Sawl qallu: “Dnibt jien.+ Ejja lura, ibni David, għax mhux se nagħmillek ħsara iktar, minħabba l-fatt li ruħi kienet prezzjuża+ f’għajnejk illum. Ara! Jien tbellaht u żbaljajt fuq li żbaljajt.” 22 Imbagħad David wieġeb u qal: “Hawn hi l-lanza tas-sultan, u ħa jiġi hawnhekk wieħed miż-żgħażagħ u jiħodha. 23 U Ġeħova jrodd lil kull wieħed skond is-sewwa tiegħu+ u l-fedeltà tiegħu, għax illum Ġeħova tak f’idi, u jien ma ridtx immidd idi fuq il-midluk taʼ Ġeħova.+ 24 U, ara, bħalma ruħek kienet prezzjuża llum f’għajnejja, hekk jalla ruħi tkun prezzjuża f’għajnejn Ġeħova,+ sabiex jeħlisni minn kull hemm.”+ 25 U Sawl qal lil David: “Kun imbierek, ibni David. Mhux talli hu żgur li taħdem imma talli hu żgur li toħroġ rebbieħ.”+ U David telaq għal triqtu; u Sawl mar lura lejn postu.+