2 Slaten
24 Fi żmienu ġie Nebukadnessar+ is-sultan taʼ Babilonja, u Ġeħojakim sar qaddej tiegħu+ għal tliet snin. Imma mbagħad dan dar u rribella kontrih. 2 U Ġeħova beda jibgħat kontrih qtajjaʼ taʼ ħallelin Kaldin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin Sirjani u qtajjaʼ taʼ ħallelin Mowabin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin minn ulied Għammon, u baqaʼ jibgħathom kontra Ġuda biex jeqirdu, skond il-kelma+ li Ġeħova kien qal permezz tal-qaddejja tiegħu l-profeti. 3 Kien biss bl-ordni taʼ Ġeħova li dan seħħ kontra Ġuda, biex ineħħih+ minn quddiem wiċċu minħabba d-dnubiet taʼ Manasse+ għal kulma kien għamel; 4 kif ukoll għad-demm innoċenti+ li kien xerred, u b’hekk mela lil Ġerusalemm b’demm innoċenti, u Ġeħova ma riedx jaħfer.+
5 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħojakim+ u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 6 Fl-aħħar, Ġeħojakim imtedd maʼ missirijietu,+ u ibnu Ġeħojakin beda jsaltan minfloku.
7 U s-sultan taʼ l-Eġittu qatt iżjed+ ma ħareġ minn pajjiżu,+ għax is-sultan taʼ Babilonja kien ħa kulma kellu s-sultan taʼ l-Eġittu+ mill-wied*+ taʼ l-Eġittu sax-xmara Ewfrat.+
8 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan minn Ġerusalemm. 9 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel missieru.+ 10 Matul dak iż-żmien, il-qaddejja taʼ Nebukadnessar is-sultan taʼ Babilonja telgħu Ġerusalemm, u b’hekk il-belt kienet assedjata.+ 11 U Nebukadnessar is-sultan taʼ Babilonja telaʼ kontra l-belt, waqt li l-qaddejja tiegħu kienu qed jassedjawha.+
12 Fl-aħħar, Ġeħojakin is-sultan taʼ Ġuda ħareġ għand is-sultan taʼ Babilonja,+ hu flimkien m’ommu+ u l-qaddejja tiegħu u l-prinċpijiet tiegħu u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu; u s-sultan taʼ Babilonja ħadu bħala lsir fit-tmien+ sena tiegħu bħala sultan. 13 Imbagħad ħareġ minn hemmhekk it-teżori kollha tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori taʼ dar is-sultan,+ u kisser l-għodod kollha tad-deheb+ li Salamun is-sultan taʼ Israel kien għamel fit-tempju taʼ Ġeħova, eżatt kif kien qal Ġeħova. 14 U ħa fl-eżilju+ lil Ġerusalemm kollha u lill-prinċpijiet kollha+ u lill-irġiel setgħanin u qalbenin kollha+—għaxart elef ħa fl-eżilju—kif ukoll lil kull bniedem tas-sengħa+ u lil kull bennej tas-swar. Ħadd ma tħalla ħlief il-klassi baxxa+ tan-nies tal-pajjiż. 15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-sultan+ u n-nisa tas-sultan u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u l-irġiel importanti tal-pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja. 16 U lill-qalbenin kollha, sebat elef raġel, u lin-nies tas-sengħa u lill-bennejja tas-swar, elf ruħ, l-irġiel setgħanin kollha tajbin għall-gwerra, is-sultan taʼ Babilonja ħadhom Babilonja bħala eżiljati.+ 17 Iżjed minn hekk, is-sultan taʼ Babilonja+ qiegħed lil zijuh Mattanija+ minfloku. Imbagħad biddillu ismu f’Sedekija.+
18 Wieħed u għoxrin sena kellu Sedekija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 19 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel Ġeħojakim.+ 20 Dan il-ħażen qanqal ir-rabja+ taʼ Ġeħova għal Ġerusalemm u Ġuda, sakemm keċċiehom minn quddiem wiċċu.+ U Sedekija rribella kontra s-sultan taʼ Babilonja.+