33 “‘U tniġġsux l-art li qegħdin fiha; għaliex hu d-demm li jniġġes l-art,+ u għall-art m’hemm ebda tpattija għad-demm li jkun ixxerred fuqha ħlief bid-demm taʼ dak li xerrdu.+
16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
34 Barra minn hekk, fuq ħwejġek instabu l-marki tad-demm taʼ ruħ+ l-imsejknin innoċenti.+ Dan ma kienx għax huma daħlu jisirqu, imma l-marki taʼ demmhom sibthom fuq ħwejġek kollha.+
4 għax telquni,+ u dan il-post ġabuh ma jintgħarafx b’dak li għamlu,+ u offrew fih duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn li ma kinux jafuhom,+ la huma, la missirijiethom, u lanqas is-slaten taʼ Ġuda; u mlew dan il-post bid-demm taʼ l-innoċenti.+
17 ‘Għajnejk u qalbek bla dubju huma mitfugħin biss fuq il-qligħ inġust tiegħek,+ u li xxerred id-demm taʼ l-innoċenti,+ u li tibqaʼ timbrolja u tisraq.’