16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
7 Saqajhom jibqgħu jiġru lejn il-ħażen,+ u mgħaġġlin biex ixerrdu demm innoċenti.+ Ħsibijiethom huma ħsibijiet taʼ ħsara;+ tħarbit u tiġrif hemm fit-triqat ewlenin tagħhom.+
34 Barra minn hekk, fuq ħwejġek instabu l-marki tad-demm taʼ ruħ+ l-imsejknin innoċenti.+ Dan ma kienx għax huma daħlu jisirqu, imma l-marki taʼ demmhom sibthom fuq ħwejġek kollha.+
35 biex jiġi fuqkom id-demm kollu tan-nies sewwa mxerred fuq l-art,+ mid-demm t’Abel,+ li kien raġel sewwa,+ sad-demm taʼ Żakkarija bin Barakija, li qtiltuh bejn is-santwarju u l-artal.+