Rivelazzjoni
16 U smajt leħen għoli+ ġej mis-santwarju jgħid lis-sebaʼ anġli: “Morru u ferrgħu s-sebaʼ bwieqi tar-rabja+ t’Alla fuq l-art.”
2 U l-ewwel wieħed+ telaq u ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq l-art.+ U pjaga+ taʼ wġigħ u bla fejqan ġiet fuq il-bnedmin li kellhom il-marka tal-bhima salvaġġa+ u li kienu qed iqimu x-xbieha tagħha.+
3 U t-tieni wieħed+ ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq il-baħar.+ U dan sar demm+ bħal taʼ bniedem mejjet, u mietet kull ruħ ħajja, iva, dak li kien hemm fil-baħar.+
4 U t-tielet wieħed+ ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq ix-xmajjar+ u l-għejun taʼ l-ilmijiet. U dawn saru demm.+ 5 U smajt l-anġlu li kien fuq l-ilmijiet jgħid: “Int, Dak li hu u li kien,+ il-Leali,+ int ġust, għax ħadt dawn id-deċiżjonijiet,+ 6 għax huma xerrdu d-demm tal-qaddisin u tal-profeti,+ u int tajthom demm+ x’jixorbu. Hekk ħaqqhom.”+ 7 U smajt l-artal jgħid: “Iva, Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ veri u ġusti huma d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.”+
8 U r-rabaʼ wieħed+ ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq ix-xemx; u x-xemx ngħatalha li tikwi+ lill-bnedmin bin-nar. 9 U l-bnedmin inkwew bi sħana kbira, imma dgħaw bl-isem+ t’Alla, li għandu l-awtorità+ fuq dawn il-kastigi, u ma nidmux sabiex jagħtuh glorja.+
10 U l-ħames wieħed ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq it-tron tal-bhima salvaġġa.+ U saltnatha ddallmet,+ u bdew jigdmu lsienhom bl-uġigħ, 11 imma huma dgħaw+ bl-Alla tas-sema minħabba l-uġigħ u l-pjagi tagħhom, u ma nidmux minn għemilhom.
12 U s-sitt wieħed+ ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq ix-xmara l-kbira Ewfrat,+ u l-ilma tagħha nixef,+ sabiex titħejja t-triq għas-slaten+ li jiġu minn tlugħ ix-xemx.
13 U rajt tliet espressjonijiet imnebbħin,+ li ma kinux nodfa u li kienu qishom żrinġijiet,+ ħerġin minn ħalq id-dragun+ u minn ħalq il-bhima salvaġġa+ u minn ħalq il-profeta falz.+ 14 Fil-fatt, dawn huma espressjonijiet imnebbħin+ mid-demonji u jwettqu sinjali+ u jmorru għand is-slaten+ taʼ l-art abitata kollha,+ biex jiġbruhom flimkien għall-gwerra+ tal-jum il-kbir+ t’Alla li Jistaʼ Kollox.+
15 “Ara! Jien ġej bħal ħalliel.+ Hieni min jibqaʼ mqajjem+ u jżomm ħwejġu, sabiex ma jimxix għarwien u n-nies jaraw l-għajb tiegħu.”+
16 U ġabruhom flimkien lejn il-post li bl-Ebrajk jissejjaħ Ħar–Magedon.*+
17 U s-sebaʼ wieħed ferraʼ l-bieqja tiegħu fuq l-arja.+ Għal dan, mis-santwarju ħareġ leħen għoli+ ġej mit-tron, u qal: “Dan seħħ!” 18 U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad, u sar terremot kbir+ li bħalu qatt ma sar minn mindu l-bniedem beda jeżisti fuq l-art,+ terremot tassew mifrux,+ tassew kbir. 19 U l-belt il-kbira+ nqasmet fi tliet partijiet, u l-bliet tal-ġnus waqgħu; u Babilonja l-Kbira+ ġiet miftakra quddiem Alla, sabiex jagħtiha l-kies taʼ l-inbid tar-rabja tal-korla tiegħu.+ 20 Ukoll, kull gżira ħarbet, u ma nstabux muntanji.+ 21 U silġ oħxon+ b’kull silġa tiżen madwar talent niżel mis-sema fuq il-bnedmin, u l-bnedmin dgħaw+ b’Alla minħabba l-kastig tas-silġ,+ għax il-kastig kien kbir b’mod mhux tas-soltu.