LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 2/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Armageddon—Bidu taʼ Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Armageddon—Meta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Armageddon—Il-Gwerra t’Alla Biex Ittemm il-Gwerer Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 2/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’inhi “l-​gwerra . . . t’Alla li Jistaʼ Kollox” f’Ħar–Magedon, u x’se jkun ir-​riżultat?​—Rivelazzjoni 16:​14, 16.

Fi kliem sempliċi, il-​gwerra taʼ Ħar–Magedon hija l-​battalja globali li se ssir fil-​futur u li fiha Ġesù Kristu, is-​Sultan maħtur taʼ Ġeħova, se jeqred lill-​għedewwa t’Alla. Il-​Bibbja tispjega li dawn l-​għedewwa, “is-​slaten taʼ l-​art abitata kollha,” huma mħejjijin b’“espressjonijiet imnebbħin mid-​demonji” u huma miġburin flimkien “għall-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox . . . lejn il-​post li bl-​Ebrajk jissejjaħ Ħar–Magedon.”​—Rivelazzjoni 16:​14, 16.

Il-post li fih iż-​żewġ gruppi se jinġabru għall-​gwerra m’huwiex letterali. L-​isem Ħar–Magedon, tradott “Armageddon” f’xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja, ifisser “Muntanja taʼ Megiddu.” (Rivelazzjoni 16:​16, nota taʼ taħt) Qatt ma kien hemm xi muntanja b’dan l-​isem. Barra minn hekk, “is-​slaten taʼ l-​art u l-​armati tagħhom” ma jistgħux letteralment jinġabru f’post wieħed. (Rivelazzjoni 19:19) Minflok, “il-​post” jirreferi għall-​kundizzjoni jew is-​sitwazzjoni li fiha se jittieħdu l-​mexxejja politiċi dinjin u s-​segwaċi tagħhom​—waħda t’oppożizzjoni kontra Ġeħova u kontra “l-​armati li kienu fis-​sema” taħt il-​kmand militari taʼ Ġesù Kristu, is-​“Sultan tas-​slaten u Sid tas-​sidien.”​—Rivelazzjoni 19:​14, 16.

B’mod sinifikanti, it-​terminu “Ħar–Magedon” huwa relatat mal-​belt antika taʼ Megiddu f’Iżrael. Minħabba li kienet f’pożizzjoni tajba lejn il-​lvant tal-​Muntanja Karmel, Megiddu kellha kontroll fuq ir-​rotot prinċipali taʼ dak iż-​żmien kemm għan-​negozju u kemm għall-​militar. Kienet ukoll il-​post għal battalji deċiżivi. Per eżempju, kien ħdejn “l-​ilma taʼ Megiddu” li l-​Imħallef Iżraeli Barak għeleb armata Kangħanija setgħana mmexxija mill-​Ġeneral Sisera. (Mħallfin 4:​12-​24; 5:​19, 20) F’dan il-​post ukoll, l-​Imħallef Gidgħon rebaħ lill-​Midjanin. (Mħallfin 7:​1-​22) Billi torbot lil Megiddu mal-​gwerra li ġejja, il-​Bibbja tassigurana li Alla, permezz taʼ Ibnu, se jeqred għalkollox lill-​forzi opponenti kollha.

X’se jkun ir-​riżultat? Il-​gwerra taʼ Ħar–Magedon se teħles lill-​art mill-​korruzzjoni u mill-​ħażen kollu. Se tħejji t-​triq għall-​isbaħ żmien fl-​istorja tal-​bniedem. (Rivelazzjoni 21:​1-4) Taħt il-​ħarsien kollu mħabba tas-​Saltna t’Alla, l-​art se tinbidel f’ġenna taʼ l-​art li fiha l-​ġusti se jgħixu għal dejjem.​—Salm 37:29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja