10 U xegħlet ir-rabja taʼ Balak kontra Balgħam u ċapċap idejh,+ u Balak issokta jgħid lil Balgħam: “Jien sejjaħtlek biex tisħet+ lill-għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom dawn it-tliet darbiet.
11 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ċapċpu idejkom+ u sabbtu saqajkom, u għidu: “Jaħasra!” minħabba l-affarijiet ħżiena u mistkerrhin kollha taʼ dar Israel,+ għax bis-sejf,+ bil-ġuħ+ u bil-pesta għad jaqgħu.+