LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 28:37
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 37 U ssir oġġett taʼ stagħġib,+ qawl,+ u tgħajjir fost il-​popli kollha li Ġeħova jieħdok għandhom.

  • 1 Slaten 9:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 jien ukoll neqred lil Israel minn fuq wiċċ l-​art li tajtu;+ u d-​dar li qaddist għal ismi narmiha minn quddiemi,+ u Israel isir bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-​popli kollha.

  • 2 Kronaki 7:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 jien ukoll inqaċċatkom minn fuq l-​art tiegħi li tajtkom;+ u din id-​dar li qaddist għal ismi,+ narmiha minn quddiem wiċċi,+ u nagħmilha bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-​popli kollha.+

  • Salm 79:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  4 Sirna oġġett taʼ żebliħ għall-​ġirien tagħna,+

      Taċ-​ċajt u tad-​daħq sirna għal dawk taʼ madwarna.+

  • Salm 80:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  6 Int tagħmilna l-​kaġun tal-​ġlied bejn il-​ġirien tagħna,+

      U l-​għedewwa tagħna joqogħdu jiddieħqu bina kif jogħġobhom.+

  • Ġeremija 18:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 u lil pajjiżhom jagħmluh oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir għal żmien indefinit.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh se jibqaʼ ċċassat u jxejjer rasu.+

  • Eżekjel 5:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 “‘U nagħmlek ħerba u oġġett taʼ żebliħ fost il-​ġnus kollha taʼ madwarek quddiem għajnejn kulmin jgħaddi minn ħdejk.+

  • Eżekjel 23:32
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-​kies t’oħtok se tixrob, kies fond u wiesaʼ.+ Se jidħqu bik u jwaqqgħuk għaċ-​ċajt, għax il-​kies mimli sew.+

  • Danjel 9:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 O Ġeħova, skond l-​atti kollha taʼ ġustizzja tiegħek,+ jekk jogħġbok, reġġaʼ lura r-​rabja tiegħek u l-​korla tiegħek mill-​belt tiegħek Ġerusalemm, il-​muntanja qaddisa tiegħek;+ għax, minħabba dnubietna u minħabba l-​iżbalji taʼ missirijietna,+ Ġerusalemm u l-​poplu tiegħek huma mżebilħin minn dawk kollha taʼ madwarna.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja