26 jien illum insejjaħ is-smewwiet u l-art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-art li għaliha se taqsmu l-Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+
15 U jrid iseħħ li, bħalma ġiet fuqkom il-kelma tajba kollha li qalilkom Ġeħova Alla tagħkom,+ hekk Ġeħova jġib fuqkom il-kelma ħażina kollha sakemm ikun qeridkom għalkollox minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom,+