6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-Paċi.+
5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-għaqal u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.+
2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.*+