4 Għalhekk, se nħalli lill-Fargħun iwebbes qalbu,+ u hu jitlaq għal warajhom u jien nikseb il-glorja għalija permezz tal-Fargħun u l-qawwiet militari kollha tiegħu;+ u l-Eġizzjani żgur li se jkunu jafu li jien Ġeħova.”+ Għaldaqstant ulied Israel għamlu preċiż hekk.
19 U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana,+ jekk jogħġbok, minn idejh, sabiex is-saltniet kollha taʼ l-art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+
23 ‘U jien se nqaddes ismi l-kbir,+ li kien qed jiġi mkasbar fost il-ġnus, li intom kasbartu f’nofshom; u l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta nitqaddes fostkom quddiem għajnejhom.+
21 “‘U jien se nuri l-glorja tiegħi fost il-ġnus; u l-ġnus kollha se jkollhom jaraw it-twettiq tal-ġudizzju tiegħi+ u l-qawwa taʼ idi kontrihom.+