LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeremija 30:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 “U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix fil-​kwiet u bla tfixkil, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.”+

  • Ġeremija 46:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 “‘U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi, u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix bla tfixkil u fil-​kwiet, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.+

  • Eżekjel 28:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-​popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-​ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-​qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+

  • Għamos 9:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 U niġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-​bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jixorbu l-​inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+

  • Sofonija 3:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 F’dak iż-​żmien se ndaħħalkom ġewwa, iva, fiż-​żmien meta niġborkom flimkien. Għax se nġegħelkom tkunu msemmijin u mfaħħrin fost il-​popli kollha taʼ l-​art, meta niġbor lura lill-​imjassrin tagħkom quddiem għajnejkom,” qal Ġeħova.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja