LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 23:19
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 19 “L-​aqwa mill-​ewwel frott misjur taʼ l-​art tiegħek trid iġġibu fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+

      “Tgħallix gidi f’ħalib ommu.+

  • Numri 3:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Għax kull l-​ewwel imwieled hu tiegħi.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu+ qaddist għalija nnifsi lil kull l-​ewwel imwieled f’Israel minn bniedem sa bhima.+ Għandhom isiru tiegħi. Jien Ġeħova.”

  • Numri 18:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 “L-​aħjar kollu taż-​żejt u l-​aħjar kollu taʼ l-​inbid ġdid u tal-​qmuħ, l-​ewwel frott tagħhom,+ li huma jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek.+

  • Numri 18:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 U trid tingħaddilkom bħala l-​kontribuzzjoni tagħkom, bħall-​qmuħ tal-​qiegħa tad-​dris+ u bħall-​prodott abbundanti tal-​magħsar taʼ l-​inbid jew taż-​żejt.

  • Dewteronomju 18:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Għandek tagħtih+ il-​bikri tal-​qmuħ tiegħek, taʼ l-​inbid ġdid tiegħek u taż-​żejt tiegħek u l-​bikri tas-​suf li ġġiżż mill-​merħla tiegħek.

  • 2 Kronaki 31:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Barra minn hekk, qal lill-​poplu, l-​abitanti taʼ Ġerusalemm, biex jagħtu sehem il-​qassisin+ u l-​Leviti,+ sabiex iżommu+ b’mod strett mal-​liġi taʼ Ġeħova.+

  • 2 Kronaki 31:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U Għażarija,+ il-​qassis ewlieni tad-​dar taʼ Sadok,+ wieġbu u qallu: “Minn dakinhar li bdew iġibu l-​kontribuzzjoni+ fid-​dar taʼ Ġeħova, in-​nies kielu u xebgħu+ u kien hemm iżżejjed bl-​abbundanza;+ għax Ġeħova bierek lill-​poplu tiegħu,+ u dak li fadal hu din l-​abbundanza kbira.”

  • Neħemija 10:35
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 35 u ddeċidejna li nġibu l-​ewwel frott misjur taʼ l-​art tagħna+ u l-​ewwel frott misjur tal-​frott kollu minn kull xorta taʼ siġra,+ sena wara l-​oħra, lejn id-​dar taʼ Ġeħova;

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja