14 U nħabbathom flimkien, kemm il-missirijiet u kemm l-ulied, u nkissirhom f’daqqa,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “La nuri mogħdrija, u lanqas inħossni mnikket, u mhix se tiġini ħniena minnhom, imma żgur neqridhom.”’+
11 “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘żgur li talli kien is-santwarju tiegħi li int niġġist bil-qżiżijiet+ u bl-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek,+ inkun jien li nnaqqas l-għadd tiegħek+ u għajnejja ma jitħassrukx+ u ma nurikx mogħdrija.+
18 Għalhekk, jien ukoll se naġixxi bil-korla.+ Għajnejja ma jitħassruhomx, u ma nagħdirhomx.+ U huma se jgħajtu f’widnejja b’leħen qawwi, imma jien ma nismagħhomx.”+
6 “‘Għax m’iniex se nuri iktar mogħdrija maʼ l-abitanti taʼ l-art,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘Ara, qed inġiegħel lill-bnedmin isibu ruħhom kull wieħed f’id sieħbu+ u f’id is-sultan tiegħu;+ u huma se jfarrku l-art, u ma se neħles lil ħadd minn taħt idejhom.’”+