26 “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+
25 Aħna nimteddu fil-mistħija tagħna,+ u l-umiljazzjoni tagħna tkompli tiksina;+ għax kontra Ġeħova Alla tagħna dnibna,+ aħna u missirijietna minn żgħożitna sa llum il-ġurnata,+ u m’obdejniex leħen Ġeħova Alla tagħna.”+
18 U għedt lil uliedhom fix-xagħri,+ ‘Timxux mar-regolamenti taʼ missirijietkom,+ u tħarsux il-ġudizzji tagħhom,+ u titniġġsux bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+
51 “Irġiel stinati li m’intomx ċirkonċiżi fi qlubkom+ u f’widnejkom, intom dejjem tirreżistu l-ispirtu qaddis; bħalma għamlu missirijietkom, hekk tagħmlu intom.+