LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 2:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Imma mis-​siġra taʼ l-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin ma tistax tiekol, għax fil-​jum li tiekol minnha int żgur li tmut.”+

  • Ġenesi 17:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 U kull raġel u tifel li ma jkunx ċirkonċiż u li ma ssirlux iċ-​ċirkonċiżjoni fil-​laħam tal-​prepuzju tiegħu, dan il-​wieħed* irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu,+ għax ikun kiser il-​patt tiegħi.”

  • Imħallfin 16:30
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 30 U Sansun qal: “Ħa tmut ruħi+ mal-​Filistin.” Imbagħad intlewa bis-​saħħa, u d-​dar waqgħet fuq is-​sidien alleati u fuq in-​nies kollha li kienu fiha,+ u b’hekk il-​mejtin li qatel f’mewtu kienu iktar milli qatel f’ħajtu.+

  • Ġob 33:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Ruħu toqrob lejn il-​ħofra,+

      U ħajtu lejn dawk li jġibu l-​mewt.

  • Salm 78:50
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 50 Ħejja passaġġ għar-​rabja tiegħu.+

      Ma ħelsilhomx ruħhom mill-​mewt;

      U ħajjithom taha f’idejn il-​pesta.+

  • Isaija 53:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

  • Atti 3:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Tassew, kull ruħ li ma tismax minn dak il-​Profeta tinqered għalkollox minn fost in-​nies.’+

  • Rumani 6:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Għax il-​ħlas li jagħti d-​dnub hu l-​mewt,+ imma l-​għotja+ li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem+ bi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

  • Rivelazzjoni 16:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U t-​tieni wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq il-​baħar.+ U dan sar demm+ bħal taʼ bniedem mejjet, u mietet kull ruħ ħajja, iva, dak li kien hemm fil-​baħar.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja