3 “‘Sitt ijiem jistaʼ jsir ix-xogħol, imma s-sebaʼ jum huwa Sabat taʼ mistrieħ komplet,+ konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol. Huwa Sabat lil Ġeħova fil-postijiet kollha fejn tgħammru.+
24 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Fis-sebaʼ xahar,+ fl-ewwel tax-xahar, għandu jkun hemm mistrieħ komplet għalikom, tifkira mħabbra bid-daqq tat-trumbetta,+ konvenzjoni mqaddsa.+
32 Dan hu Sabat taʼ mistrieħ komplet għalikom,+ u tridu tgħakksu+ ruħkom fid-disgħa tax-xahar fil-għaxija. Minn fil-għaxija sa fil-għaxija għandkom tosservaw is-Sabat.”
4 Imma fis-sebaʼ sena għandu jkun hemm Sabat taʼ mistrieħ komplet għall-art,+ Sabat lil Ġeħova. Tiżrax żerriegħa fl-għalqa tiegħek, u tiżborx l-għalqa tad-dwieli tiegħek.
11 Ġublew issir għalikom din il-ħamsin sena.+ La għandkom tiżirgħu żerriegħa, la taħsdu dak li jinbet miż-żerriegħa taʼ l-art li tkun waqgħet, u lanqas taqtgħu l-għeneb tad-dwieli mhux miżburin tagħha.+