18 U l-għodod kollha,+ kbar+ u żgħar, tad-dar taʼ l-Alla l-veru u t-teżori+ tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori tas-sultan+ u tal-prinċpijiet tiegħu, kollox ġarr lejn Babilonja.
7 Ukoll, is-Sultan Ċiru ġab l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova,+ li Nebukadnessar kien ħareġ minn Ġerusalemm+ u kien poġġiehom fid-dar taʼ l-alla tiegħu.+
16 U kellimt lill-qassisin u lil dan il-poplu kollu, u għedtilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Tisimgħux minn kliem il-profeti tagħkom li qed jipprofetizzawlkom u jgħidulkom: “Ara! L-għodod tad-dar taʼ Ġeħova dalwaqt jinġiebu lura minn Babilonja!”+ Għax huma gideb qed jipprofetizzawlkom.+
19 U l-kap tal-gwardji+ ħa l-bwieqi+ u r-reċipjenti għall-ġamar u l-iskutelli+ u r-reċipjenti għall-irmied u l-gandlieri+ u l-kwies u l-iskutelli l-oħrajn li kienu tad-deheb pur,+ u dawk tal-fidda pura.+
2 U Ġeħova rħielu f’idu lil Ġeħojakim, is-sultan taʼ Ġuda,+ u parti mill-għodod+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru, u dawn ġarrhom lejn l-art tas-Sinar+ fid-dar taʼ l-alla tiegħu; u l-għodod ġabhom fid-dar tat-teżor taʼ l-alla tiegħu.+